Jista’ Jkun Li Jitneħħa L-Obbligu Tal-Maskra Meta L-Maġġoranza Tal-Poplu Jkun Tlaqqam

 Jista’ Jkun Li Jitneħħa L-Obbligu Tal-Maskra Meta L-Maġġoranza Tal-Poplu Jkun Tlaqqam

L-ilbies obbligatorju tal-maskra fil-postijiet pubbliċi kollha, inkluż ħdejn il-baħar, ser ikun qed jerġa’ jiġi evalwat ġaladarba l-maġġoranza tal-poplu jkun tlaqqam. Dan qalitu is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-konferenza stampa tal-lum.

Prof Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin se jkunu qed josservaw l-iżviluppi tas-sitwazzjoni fl-Iżrael fejn l-użu mandatorju tal-maskri tneħħa wara li l-maġġoranza tal-poplu kien irċieva t-tilqima.

Sa issa f’Malta 96,631 persuna rċievew iż-żewġ dożi tal-vaċċin u b’hekk huma kompletament imlaqqma.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com