Johnson & Johnson Tittardja T-Tqassim Tal-Vaċċin

 Johnson & Johnson Tittardja T-Tqassim Tal-Vaċċin

Johnson & Johnson qalet li se tittardja t-tqassim tal-vaċċin tal-COVID-19 fl-Ewropa.

Dan wara li aġenziji tas-saħħa fl-Istati Uniti talbu biex jieqaf l-użu tal-istess vaċċin sakemm jinvestigaw il-każijiet ta’ blood clots.

Fi stqarrija konġunta fil-jum tat-Tlieta, iċ-Ċentri tal-Kontroll u Privenzjoni tal-Mard Infettiv u l-Amministrazzjoni tal-Ikel u l-Mediċina qalu li qed jistudjaw sitt każijiet irrappurtati fl-Istati Uniti ta’ blood clots rari u severi f’individwi li rċivew il-vaċċin ta’ Johnson & Johnson.

L-individwi kienu kollha nisa li għandhom bejn 18 u 48 sena, bis-sintomi jiżviluppaw bejn sitt ijiem u 13-il jum wara li ħadu l-vaċċin.

Johnson & Johnson qalet li qed tkompli taħdem mill-viċin mal-esperti u r-regolaturi sabiex tkun evalwata d-data.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com