Joseph Mbong Fil-Mira ta’ Klabbs Barranin

 Joseph Mbong Fil-Mira ta’ Klabbs Barranin

Il-wirjiet mill-aqwa li kellu l-internazzjonali Malti Joseph Mbong f’dan l-istaġun kemm ma’ Hamrun Spartans Football Club kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti ġibdu l-attenzjoni ta’ numru klabbs barranin li mill-ġdid xeħtu għajnejhom fuq l-ex Hibernians F.C.

Mbong, li għandu 23 sena, kien iffirma maċ-ċampjins il-ġodda tal-Kampjonat Premier Malti matul is-sajf tal-2020 u fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Hamrun rebaħ il-kampjonat.

Qed jiġi r-rapurtat li fost dawn hemm timijiet mill-ogħla diviżjoni tal-Kampjonat Svizzeru. Għalkemm wieħed jifhem li d-diskussjonijiet jista jkun għadhom fil-bidu tagħhom, mhux eskluż li n-negozjati jimmaterjalizzaw fil-ġranet li ġejjin.

Ritratt: Mark Mangion
 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com