Julian Spiteri Ta’ 19-Il Sena Tilef Ħajtu B’Mod Traġiku Dalgħodu

 Julian Spiteri Ta’ 19-Il Sena Tilef Ħajtu B’Mod Traġiku Dalgħodu

Bosta qed jiktbu fuq il-midja soċjali jsellmu liż-żagħżugħ Julian Spiteri; ġuvni ta’ 19-il sena li dalgħodu tilef ħajtu traġikament fit-Triq tal-Infetti, l-Imdina.

Il-każ ġara għall-ħabta tal-11.30 fejn irriżulta li l-ġuvni residenti Ħ’Attard, tilef il-kontroll ta’ Volkswagen Bora u
kellu impatt ma’ siġra.

Fil-vettura miegħu, kien hemm ukoll ġuvni tal-istess età u residenti fl-istess lokalità.

Tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post sabiex jassistu.

Sfortunatament, is-sewwieq ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post filwaqt li l-passiġġier ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ, ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Qalbna maqsuma għat-telfa ta’ ħajja fl-aqwa tal-fjur tagħha. Kondoljanzi lill-familjari kollha.

Ritratt: Facebook/ Michela Pace

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com