Kampjonat Premier Ingliż: Tispikka Ż-Żelqa ta’ Man. City

 Kampjonat Premier Ingliż: Tispikka Ż-Żelqa ta’ Man. City

Is-sibt wara nofsinhar kompla l-Kampjonat Ingliż fejn bla dubju spikkat it-telfa tal-leaders Man. City f’darhom għas-spejjes ta’ Leeds United. Stuart Dallas poġġa lil Leeds fil-vantaġġ fil-42 minuta iżda eżatt qabel l-intervall Leeds spiċċaw jilgħabu b’plejer anqas meta tkeċċa għalihom Liam Cooper bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0. Ferran Torres ġab id-draw għac-City fil-76 minuta u hekk kif il-partita dehret destinata għal draw l-awtur tal-ewwel gowl Stuart Dallas reġa sab ix-xibka eżattement fil-91 minuta. Skor Finali Man. City 1 Leeds 2.

Wara t-telfa f’nofs il-ġimgħa fil-UEFA Champions League, Liverpool ir-ritornaw għar-rebħ meta f’Anfield għelbu lill-Aston Villa 2 – 1. Kienu l-Villa li marru fil-vantaġġ fil-43 minuta minn Ollie Watkins bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0. Liverpool ġabu id-draw mas-siegħa logħob permess ta’ Mohamed Salah b’Alexander Arnold fil-91 minuta skorja l-gowl tar-rebħa għal Liverpool. Skor Finali Liverpool 2 Aston Villa 1.

Faċli għal Chelsea li barra minn darhom għand Crystal Palce reħbu 4 – 1. Havertz poġġa lill-blues fil-vantaġġ wara tmien minuti logħob u żewġ minuti wara Pulisic jagħmilhom tnejn. Man-nofs siegħa logħob Zouma għamel lis-skor 3 – 0 favur Chelsea liema skor baqa ma nbidilx sat-tmiem l-ewwel taqsima. Benteke naqqas id-distakk għal Crystal Palace fil-63 minuta iżda Pulisic għaqqad id-doppjetta u skorja r-raba gowl għal Chelsea fil-78 minuta. Skor Finali Crystal Palace1 Chelsea 4.

Għada jkollna program ta’ erba logħbiet oħra fejn:-

Burnely vs Newcastle U. (13.00

West Ham vs Leicester C. (15.15)

Tottenahm H. vs Man. Utd (17.30)

Sheffield U. vs Arsenal (20.00)

 

Ritratt: Mirror.co.uk

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com