Kap Eżekuttiv Ġdid Għall-Aġenzija Tas-Servizzi Tal-Qorti
Ms Eunice Grech Fiorini se tinħatar kap eżekuttiv ġdid tal-Aġenzija tal-Qorti.
Hija se tkompli tibni fuq il-ħidma li wettaq il-predeċessur tagħha, is-Sur Frank Mercieca, li serva f’diversi rwoli fil-qrati tal-ġustizzja ta’ pajjiżna għall-aħħar 45 sena.
Ms Grech Fiorini serviet ta’ direttur, assistent reġistratur, deputat reġistratur, prinċipal u clerk fil-Qorti għall-aħħar 23 sena.
Hija serviet ta’ assistent reġistratur bejn l-2014 u l-2018 u ta’ direttur/reġistratur mill-2018 sal-lum il-ġurnata.
Hija gradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fl-Istudji Legali u laħqet prokuratur legali fis-sena 2009.
Il-ministeru fi stqarrija ħabbar ukoll li Ms Eunice Grech Fiorini ser tidħol fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv b’effett mill-1 ta’ Mejju 2021, sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm trasferiment tal-kariga b’mod gradwali u għaqli.
Is-Sur Mercieca se jinħatar konsulent tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti għal perjodu ta’ żmien sabiex tibqa’ tintuża l-esperjenza tiegħu fis-settur tal-ġustizzja.
Il-Ministru Zammit Lewis irringrazzja lis-Sur F. Mercieca għas-servizz impekkabbli tiegħu fil-qasam tal-ġustizzja.
Il-ministeru informa b’mod uffiċjali lill-Prim Imħallef Dr Mark Chetcuti b’din il-ħatra.
Il-Ministru Zammit Lewis jawgura lil Ms Eunice Grech Fiorini għall-kariga ġdida tagħha u wkoll bħala l-ewwel mara li se tkun qed tmexxi din l-aġenzija. Din hi konferma kemm dan il-gver