Karozza Tal-LESA Tidħol Wrong Way – Ċittadin Jingħata Ċitazzjoni Għax Ħa Ritratt

Karozza tal-LESA f’dan ir-ritratt tidher dieħla ‘wrong way’, iżda ċ-ċittadin li ġibed dan ir-ritratt biex juri li kienet qed tinkiser kontravenzjoni, spiċċa biex qala’ ċitazzjoni.
Andre’ Grech ir-raġel li ġibed dan ir-ritratt qal li huwa lemaħ karozza tal-LESA dieħla ‘wrong way’ kif jidher fir-ritratt, meta l-uffiċjali ndunaw li kien qed jieħu ritratt tagħhhom, irriversjaw, saqu wara ċ-ċittadin u tawh ċitazzjoni ta’ €100.
Nifhmu li dan il-każ mistenni jispiċċa quddiem it-Tribunal tal-appelli.