Kemm Tagħti Kas Tiegħek Innifsek? Kemm Tgħoġob Lil Ħaddieħor?

 Kemm Tagħti Kas Tiegħek Innifsek? Kemm Tgħoġob Lil Ħaddieħor?

Mistoqsijiet li nisimgħu spiss imma l-ktajjen marbutin wisq magħna li ma jħallunhiex nipprattikaw dak li nixtiequ. Jekk nixtiequ!

Inħobbu nkunu magħrufa, popolari u maħbuba. Anke jekk nafu, li maħbuba għax aħna min aħna. Għax għandna pożizzjoni jew għandna s-saħħa.

Nafu li ta’ detriment għalina u xorta nibqgħu ngħaddsu rasna f’din it-triq. Nafu li ġaladarba l-kariga li għandna tispiċċa, in-nies se jwarrbuna. Imma bħalissa? Bħalissa jien kbir u qed hemm fuq! Ma naffordjax ma nidhirx sabiħ jew sabiħa man-nies, inkella nitlef kollox.

Dak hu li jgħidilna moħħna. Ma nafux u m’aħnhiex kapaċi ngħidu LE, jew DAQSHEKK! Inkella nitlef kollox.

Ma nafux fejn għandna nagħtu sehemna jew fejn għandna nagħtu pawża lilna nfusna. Inkella nitlef kollox.

Il-konsegwenza tal-attidutni tagħna, xorta waħda tkun bl-istess riżultat… Li titlef kollox.

Mela naħsbu ftit; x’inhu tajjeb għalina? Mhux b’egoiżmu iżda b’rispett lejna nfusna. Naħsbu x’qed jikkawżalna l-istress, l-ansjetà, il-biża’ u elf problema oħra.

Dan l-artiklu nkiteb bi ħsieb biex jgħinna nirrealizzaw il-ġirja li qegħdin fiha. Jekk imqar jolqot persuna waħda, l-artiklu jkun irnexxa.

Kuraġġ!

Ritratt: Talkspace

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com