“Kif Tista’ Tgħid Li Miraklu Meta Hija Traġedja Għal Ħaddieħor?” – Iben Tabone Kien Fl-Inċident Ma’ Julian
George Tabone magħruf bħala s-sid tal-Gram Jewellery kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu dwar l-inċident traġiku li seħħ ilbieraħ fit-triq tal-Infetti fejn Julian Spiteri; ġuvni ta’ 19-il sena tilef ħajtu.
Ibnu Matthew kien il-passiġġier li kien miegħu u li ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Matthew huwa t-tifel il-kbir ta’ George li jidher fir-ritratt flimkien miegħu u ma’ ħuħ.
Esprima d-dispjaċir li għandu fejn f’mumenti li tkun ġrat sitwazzjoni bħal tal-bieraħ, tkun biss miraklu għalik.
Imbagħad tgħid, kif tista’ tgħid li mirakolu meta hija traġedja għal ħaddieħor?”, saħaq George filwaqt li qal li għandu emozzjonijiet imħallta bejn gratitudni u mrar li taf tagħti l-ħajja.
“Fly high piccolo grande dottore”, temm Tabone.