Kontro-Eżami lil Keith Schembri Mill-Avukati Ta’ Yorgen Fenech

Keith Schembri se jkun qed jaffaċċja l-kontro-eżami mill-avukati ta’ Yorgen Fenech waqt il-kumpilazzjoni li għaddejja.
Dan hu żvilupp li seħħ fl-aħħar tas-seduta tal-bieraħ li ntemmet wara 3 sigħat.
Fl-istess seduta xehdu esperti forensiċi. Bugħaddasa kkonfermaw li 6 telefowns ċellulari nġabru minn qiegħ il-baħar, ‘il barra mit-tinda tal-patata fil-Marsa.
Għal Fenech qed jidhru l-avukati Marion Camilleri, Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran.
Għal Keith Schembri, qed jidhru Edward Gatt u Mark Vassallo.
Għall-familja Caruana Galizia, qed jidhru Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.