Koppja Minn Kull Sitta Għandha Problema Ta’ Infertilità – Minn Fejn Ġejja?
Fil-Programm Popolin, ġiet diskussa l-problema tal-infertilità. Intqal li koppja minn kull sitta, għandha din il-problema.
Fil-fatt, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li din hija waħda mill-aktar diżabbilitajiet komuni fid-dinja. Intqal ukoll li bosta riċerkaturi minn madwar id-dinja, qed ibassru li r-rata ta’ infertilità ser tkompli tiżdied.
Terz tal-koppji ma jistax ikollhom tfal minħabba l-infertilità fl-irġiel. Sfortunatament, l-infertilità ġejja mill-istil ta’ ħajja li ngħixu u mill-ambjent li qegħdin fih.
Ċifri wkoll mill-Eurostat urew li n-nisa f’Malta huma l-anqas fl-Unjoni Ewropea li qed ikollhom tfal.