L-Arċisqof U L-Ministru Galdes B’Diskussjoni Dwar Ir-Riforma Tal-Kirjiet
Waqt laqgħa bejn l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Ministru Roderick Galdes ġiet diskussa r-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995.
Galdes semma kif il-prinċipju fundamentali tar-riforma hija l-ġustizzja soċjali, u se jkunu indirizzati l-inġustizzji passati waqt li l-batut ħa jiġi protett.
Innota kien inħoloq bilanċ bejn is-sid li jixraqlu kumpens ġust għal dak li qed jagħmel lis-soċjetà, u l-inkwilin, li jixraqlu serħan il-moħħ.
Il-Ministru saħaq ukoll li din ir-riforma tifforma parti minn viżjoni ħolistika għall-akkomodazzjoni soċjali li fiha qed jiġu indirizzati diversi sfidi.
Intant, l-Arċisqof Charles Scicluna laqa’ l-prinċipji tar-riforma tal-kirjiet kontrollati u saħaq li l-Gvern għandu d-dover li jindirizza s-sofferenza waqt li jserraħ l-imħuħ u s-saħħa mentali taċ-ċittadini.
Huwa wkoll aċċenna għall-fatt li minn sfida hemm potenzjal, li bi sforz u prinċipju tajjeb, kapaċi jinħoloq eżempju li jħalli impatt pożittiv.
L-Arċisqof Scicluna u l-Ministru Galdes iddiskutew li fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali u dik affordabbli, jeżisti lok ta’ ħidma konġunta u li dawn għandhom jiġu esplorati għall-ġid tan-nies u l-komunità.