L-Assoċjazjoni Tan-Naħħala F’Malta Twissi Dwar Ċertu Prattiċi Tal-Produzzjoni Tal-Għasel
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni tan-Naħħala f’Malta qalet li riċentament intwera servizz fil-meżżi tax-xandir li din is-sena in-naħal ipproduċa għasel qabel iż-żmien. L-Assoċjazzjoni qalet li dan il-messaġġ m’huwiex appoġġjat mill-Assoċjazzjoni tan-Naħħala Malta li tirrapreżenta is-settur tal-Apikultura f’MALTA b’maġġoranza ta’ membri naħħala.
L-Assoċjazzjoni qalet li għar minn hekk, intwera viżwal li jmur kontra l-prattiċi sanitarji tal-produzzjoni tal-għasel f’Malta.
Fis-servizz intwerew tilari li kien fihom id-duqqgħis (naħal għadu qed jiżviluppa fil-fosdqa) li minnhom ittiteħed il-ftit ‘għasel’ li kien hemm u ingħatat l-istampa li ser ikollna l-għasel kmieni din is-sena.
L-MBKA tisħaq li prattiċi bħal dawn mgħandhomx ikunu inkoraġġuti għax huwa ta’ ħsara għas-saħħa tan-naħal li huwa protett bil-leġislazzjoni sussidjarja 549.44. Dan jwassal ukoll għal ħsara ambjentali minħabba li tiġi affetwata id-dakra tan-naħal. L-Assoċjazzjoni qalet li tinsab imħassba ferm minħabba li l-pubbliku ġie mgħoti informazzjoni skorretta u għaldaqstant titlob li kull meta jitħejja servizz relatat man-naħal u l-prodotti tiegħu, jsir kuntatt ma’ għaqdiet rikonoxxuti u kompetenti fis-settur.
B’hekk jiġi vverifikat li l-udjenza tingħata informazzjoni korretta, liema udjenza tista tkun ukoll l-konsumatur tal-għasel.