L-Eks Pulizija Derek Chauvin Jinstab Ħati Bil-Qtil Ta’ George Floyd

 L-Eks Pulizija Derek Chauvin Jinstab Ħati Bil-Qtil Ta’ George Floyd

F’Minneapolis fl-Istati Uniti l-eks Pulizija Derek Chauvin instab ħati li fil-25 ta’ Mejju li għadda qatel lil George Floyd.

Huwa nżamm arrestat, hekk kif issa mistenni li fi żmien tmien ġimgħat, l-akkużat jingħata s-sentenza li tista’ tkun sa massimu ta’ 40 sena.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li Derek Chauvin, li għandu 45 sena, dam disa’ minuti u disgħa u għoxrin sekonda jżomm irkoptu fuq għonq il-vittma, li sfortunatament tilef ħajtu.

Dan il-każ  kien wassal għall-protesti kbar madwar l-Istati Uniti u anke madwar id-dinja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com