L-MFA Proattiva F’Bidla Meħtieġa Fil-Kultura Sportiva F’Dan Il-Pajjiż U T-Trażżin Tal-Obeżita Fost It-Tfal
Ftehim it-Tnejn bejn il-Malta Football Association u l-Ministeru għall-Edukazzjoni bil-għan li t-tfal jibdew jilgħabu l-futbol minn eta żgħira, tiddaħħal fihom il-kultura sportiva u jagħmlu attivita fiżika fuq bażi regolari.
L-MFA u l-President Bjorn Vassallo jemmnu li l-ambjent tal-iskola huwa kruċjali biex jippromwovi l-iżvilupp tat-tfal għal din it-tip ta’ kultura u mentalita.
Huwa ta’ benefiċċju li l-MFA u l-Awtoritajiet Edukattivi f’dan il-pajjiż ikomplu jaħdmu id f’id biex jiġu offruti opportunitajiet lill-eluf ta’ tfal jużaw il-logħba tal-ballun bħala għodda waqt li tiġi mbuttata l-inklużjoni u d-diversita.
Il-Ministru Justyne Caruana ukoll laqgħet b’sodisfazzjon dan il-ftehim fil-ħidma tagħha li minn eta’ żgħira t-tfal jitħarrġu u jdaħħlu fihom il-kultura sportiva, li fuq kollox bħala gvern jippromwovi l-attivita fiżika u jegħleb jew jibda timmitiga l-problema kbira li dal-pajjiż għandu fost it-tfal bi problemi ta’ piż jew obeżita.
“Irridu nassiguraw li kemm jista jkun tfal fis-snin li ġejjin jingħataw l-opportunita jippratikaw il-futbol minn meta jkunu żgħar fi sforz kollettiv li għandu jwassal għall-iskop ewlieni li għaliħ ġie ffirmat dan il-ftehim bejn iż-żewġ entitajiet it-Tnejn wara nofsinhar”, tenna Vassallo.
Għall-MFA fl-iffirmar ta’ dan il-ftehim kien preżenti ukoll is-Segretarju Ġenerali Angelo Chetcuti u s-Segretarju Permanenti Frank Fabri jakkumpanja lill-Ministru Justyne Caruana mill-qasam Edukattiv.