L-MTA Tiċħad Li Qed Tippjana ‘Attivitajiet Tal-Massa Ta’ Skala Kbira’.

 L-MTA Tiċħad Li Qed Tippjana ‘Attivitajiet Tal-Massa Ta’ Skala Kbira’.

B’referenza għall-istqarrija tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija li ġiet irrappurata dalgħodu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tiċħad b’mod kategoriku li fil-preżent qiegħda tippjana “attivitajiet tal-massa ta’ skala kbira.”

L-istqarrija qalet li filwaqt li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħda taħdem sabiex is-settur turistiku ta’ pajjiżna jerġa’ jinfetaħ b’mod gradwali, l-Awtorita’ temmen li dan m’għandux isir a skapitu tas-saħħa u s-sigurta’ tat-turisti li ser jżuru lill-gżejjer Maltin u wisq aktar a skapitu tas-saħħa u tas-sigurta’ ta’ dawk kollha li huma impjegati f’dan is-settur u l-poplu Malti u Għawdxi.

“Il-pjan ta’ rkupru għat-turiżmu qiegħed jiġi ppreżentat b’mod responsabbli u jagħmel enfasi kbira fuq turiżmu sostenibbli”, temmet tgħid l-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com