L-MUT Issostni Li R-Rilaxx M’Għandux Jibda Bil-ftuħ Fiżiku Tal-Iskejjel.
Hekk kif il-jum tal- 11 t’April qed joqrob; il-jum li suppost jintemmu r-restrizzjonijiet li ngħataw ftit ġimgħat ilu meta l-każijiet kien jammontaw għal fuq il-500 f’jum wieħed, l-MUT ħarġet stqarrija fejn sostniet li r-rilaxx m’għandux jibda bil-ftuħ fiżiku tal-iskejjel.
“Ir-rilaxx tal-miżuri, bl-iskejjel ikunu l-ewwel li jiftħu b’mod fiżiku, mhux ser isib il-qbil tal-MUT. Meta sal-lum aktar minn żewġ persuni li ma jgħixux fl-istess dar ma jistgħux ikunu fuq barra flimkien, fi ftit jiem bir-rilaxx tal-miżuri jista’ jkollna ħamsa u għoxrin student u l-edukaturi tagħhom flimkien għal sitt sigħat.”
L-MUT talbet li l-pjan tar-rilaxx ikun wieħed għaqli u li ma jpoġġix lill-edukaturi, l-istudenti u l-familji tagħhom, f’sitwazzjoni li kienu fiha, ftit ġimgħat ilu.