Liema Huma L-Miżuri Li Se Jkunu Rilassati Min-Nhar It-Tnejn Li Ġej?

 Liema Huma L-Miżuri Li Se Jkunu Rilassati Min-Nhar It-Tnejn Li Ġej?

Permezz tal-Avviżi Legali 182, 183, 184 u 185 tal-2021, min-nhar it-Tnejn 26 t’ April se jkun hemm iktar rilassament tal-miżuri b’rabta mal-pandemija li ġabet magħha l-Coronavirus.

Fi spazji pubbliċi se jitħallew jinġemgħu sa massimu ta’ 4 persuni, hekk kif sal-Ħadd li ġej, 2 persuni biss huma permessibli.

Intant, fejn jidħlu gruppi ta’ persuni fi proprjetajiet residenzjali, il-massimu jista’ jkun ta’ 4 residenzi differenti.

Barra minn hekk, il-mużewijiet se jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ħwienet ta’ bejgħ mhux essenzjali u dawk li jipprovdu servizzi mhux essenzjali se jkunu jistgħu jerġgħu jiftħu.

Dan ifisser li ħwienet tal-ħwejjeġ, tal-ġojjellerija, tal-prodotti tas-sbuħija u tad-dekorazzjonijiet, flimkien ma’ hairdressers, beauticians, nail technicians u tat-tattoos, fost oħrajn, se jiftħu.

Ritratt: Google

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com