“Ma Ħallejna Lil Ħadd Waħdu” – Il-PM Iħabbar Rilaxx Minn Bħal Għada Ġimagħtejn

 “Ma Ħallejna Lil Ħadd Waħdu” – Il-PM Iħabbar Rilaxx Minn Bħal Għada Ġimagħtejn

Il-Prim Ministru Robert Abela llum f’konferenza minn Kastilja tenna li l-mixja lejn in-normalità se tibda b’mod gradwali biex ma nipperikolawx dak li ksibna fl-aħħar jiem.

“Illum nistgħu nħabbru li mill-10 ta’ Mejju, b’ġimgħatejn minn għada se nagħmlu numru ta’ rilaxx ieħor.”

Uħud minn dawn se jkunu:

-Jerġa’ jibda t-taħriġ tal-isport professjonali kollu.

-lezzjonijiet tad-duttrina

-Ristoranti u snack bars b’massimu ta’ 5 persuni jiftħu sal-5pm u mbagħad, iservu b’take aways u deliveries.

-Jitneħħew ukoll ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex.

“Kawt għax qabel xerjn irridu nibżgħu għas-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin. Irridu nibżgħu wkoll lill-ħaddiema għal sajf ta’ xogħol.

“Ottimisti ħafna għaliex issa qed nattakkaw bil-vaċċin u niddefendu bir-restrizzjonijiet”, tenna l-Prim Ministru.

Stqarr li kważi 100,000 ruħ ingħataw it-tieni doża u l-fuq minn 310,000 ħadu l-ewwel doża. Semma’ wkoll il-mira li fl-1 ta’ Ġunju niftħu b’mod pro attiv għat-turisti kif ukoll il-vawċers li se jitqassmu dalwaqt.

Appella għad-dixxiplina mill-poplu kif ukoll biex inkunu responsabbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com