Ma Jistgħux Jidħlu Vapuri Kbar Fiċ-Ċentru Ta’ Venezja

Cruise liners ma jistgħux jibqgħu jidħlu fiċ-ċentru storiku ta’ Venezja.
Il-Ministru tal-Kultura Dario Franceschini qal li d-deċiżjoni ttieħdet wara li kien hemm talba mill-Unesco.
Għaldaqstant, vapuri kbar iridu jitrakkaw fil-port industrijali tal-istess belt sakemm tinstab soluzzjoni permanenti.
Diversi kritiċi argumentaw li l-vapuri qed joħolqu tniġġiż filwaqt li jeqirdu l-pedamenti tal-belt.