Ma’ ngħaġġlux!!.. Il-Benefiċċji Tas-Super League ANKE Għall-Klabbs Maltin.. Għaliex ?!

 Ma’ ngħaġġlux!!.. Il-Benefiċċji Tas-Super League ANKE Għall-Klabbs Maltin.. Għaliex ?!
Ġurnal Ingliż meqjus fost l-aktar kredibbli jagħti ħjiel tal-vantaġġi li għadhom moħbija u maqfula bil-katnazz, bl-idea tas-Super League proposta u li jridu jwaqqfu l-aktar tnax-il klabb influwenti fl-Ewropa.
Mil-lenti Maltija din l-introduzzjoni kienet diġa qed tqajjem mistoqsijiet u tħassib kbir minħabba l-biża li l-ħlasijiet ta’ solidarjeta li l-klabbs iż-żgħar jingħataw minn dawk il-kbar f’ambjent ta’ Fair Play setgħu jitwaqqfu.
Dawn is-‘Solidarity Payments’ jingħataw kull staġun biex anke l-klabbs iż-żgħar igawdu minn dik il-farka fost introjti b’saħħithom ferm li kull staġun jiġġeneraw dawk kbar, partikolarment jekk dawn jibqgħu javvanzaw sal-aħħar fażijiet fl-aktar żewġ kompetizzjonijiet prestiġġjużi tal-UEFA.
Iżda minn dokument fil-pussess tal-ġurnal Ingliż The Guardian, liema dokument għadu ma’ ġiex żvelat, jifrex fuq il-ħafna pożittiv li dan is-Super League jista jkollu, kemm għall-partitarji kif ukoll għall-klabbs minn pajjiżi żgħar bħal Malta u ħafna aktar.
Sa issa u kemm ilha li faqqgħet l-aħbar, il-UEFA u l-media bl-agenda moħbija tagħha pinġew biss DLAM b’din l-introduzzjoni tas-Super League.
Għadna ma’ smajna assolutament xejn u qrajna mkien dwar il-ħafna benefiċċji li għadhom iridu joħorġu marbuta ma’ din l-introduzzjoni, possibli xejn tajjeb ?!
Issemmew ħafna l-partitarji, li dan is-Super League ġab il-flus qabel il-passjoni unika tas-supporter, fid-dokument jingħad li l-partitarju se jingħata li jrid permezz ta’ dan is-Super League, li għalih se tkun esperjenza unika aktar milli qatt kellhu sa issa mill-Futbol jew mit-tim favorit tiegħu.
 
Jingħad li din l-introduzzjoni se tipprovdi ambjent sostenibbli u kompettitiv lil-piramida kollha tal-futbol, U L-KLABBS MALTIN IMORRU AĦJAR.
Min ħaseb li s-solidarity payments li l-klabbs iż-żgħar mhux se jibqgħu jingħataw, dan ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-benefiċċji tas-Super League li għad irid jiġi żvelat u jolqot tajjeb lill-klabbs mill-pajjiżi ż-żgħar bħal m’hija Malta u l-klabbs Maltin, li b’din l-introduzzjoni ta’ dan il-Kampjonat ġdid, L-INTROJTU TAGĦHOM MISTENNI JITTRIPLALHOM U AKTAR.
Jingħad ukoll li t-tnax-il klabb fundaturi ta’ dan is-Super League ma’ kellhomx triq oħra x’jagħmlu anke minħabba sostenibilità u s-sitwazzjoni finanzjarja mqallba li bħalissa għaddejjin minnha, għaldaqstant l-injezzjoni ta’ JP Morgan u l-biljuni nvestiti f’dan is-Super League kienu iebsa ferm biex jiġu rrifjutati.
Il-kumpanija Amerikana tas-servizzi finanzjarji JP Morgan diġa wiegħdet l-injezzjoni tal-fuq minn tliet biljun u kwart ewro biex dan is-Super League jingħata l-ħajja, kemm se jkun qed jiġġenera għadna ma’ nafux.
Jingħad li l-pandemija diġa fissret telf ta’ madwar ĦAMES BILJUN EWRO fost il-klabbs il-kbar bejniethom, liema fondi b’xi mod jew ieħor iridu jiġi minn x’imkien.
Nistennew u naraw, iżda ċertament mhux kollox huwa mdallam u mejjet kif inizjalment beda jiġi mpinġi dan is-Super League propost.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com