“Ma Nistax Nispekola Jekk Inkun Prim Ministru X’Se Jiġri” – Bernard Grech Dwar Il-Maħfriet

Hekk qal il-Kap tal-opożizzjoni Bernard Grech meta mistoqsi minn Peppi Azzopardi x’jagħmel hu kieku jkun Prim Ministru dwar il-maħfriet mitluba dan l-aħħar mill-aħwa Degiorgio u l-Koħħu.
Semma wkoll li l-PN tul is-snin, ma kellux biżżejjed persuni biex isir tiġdid. “Illum huwa evidenti u kulħadd jitkellem dwar dan li llum tinħass il-ħtieġa li jkollna iktar demm ġdid”, kompla jwieġeb Grech.
Enfasizza fuq uċuħ ġodda li mhux bilfors ikunu żgħażagħ. Qal li l-partit huwa miftuħ b’mod ġenwin għal min irid il-ġid lil pajjiżna.
Meta mistoqsi minn Peppi jekk hux se jkun hemm kandidati li jgħidilhom biex ma jikkontestawx, Bernard Grech wieħeb li mhu se jeskludi xejn.