“Malta Bagħtet Messaġġ Ċar Favur L-Ugwaljanza” – Lydia Abela

 “Malta Bagħtet Messaġġ Ċar Favur L-Ugwaljanza” – Lydia Abela

Wara l-vot storiku tal-bieraħ fil-Parlament, li permezz tiegħu ser ikun hemm rappreżentanza iżjed ugwali bejn is-sessi fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna, Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru qalet li “Malta bagħtet messaġġ ċar favur l-ugwaljanza bil-vot tal-bieraħ.

Is-Sinjura Abela permezz ta’ facebook sostniet li hija riforma storika li tibgħat sinjal qawwi li dan hu pajjiż li jrid jirnexxi bis-sehem ta’ kulħadd.

Qalet ukoll li filwaqt li niċċelebraw il-vot tal-bieraħ, jien inħeġġeġ iktar nisa u tfajliet biex jagħtu s-sehem tagħhom fil-ħajja pubblika.

Dr Abela qalet li tifhem li mhix l-iktar deċiżjoni faċli, “għaddejt minnha snin ilu meta jien stess kont iffaċjata b’dik l-għażla, iżda, meta tibda tgħix id-differenza pożittiva li tista’ tagħmel fil-ħajja tan-nies, tapprezza kemm hu kbir is-sodisfazzjon li taħdem għal pajjiżek”.

Lydia Abela temmet tgħid li tal-bieraħ huwa biss l-ewwel pass. Issa rridu naħdmu flimkien biex nagħtu l-ħajja il-liġi maqbula fil-Parlament Malti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com