Malta Baqgħet Taħdem Favur Il-Protezzjoni Tal-Impjiegi

 Malta Baqgħet Taħdem Favur Il-Protezzjoni Tal-Impjiegi

Minkejja ż-żminijiet ta’ sfida, Malta rnexxilha tibqa’ għaddejja b’inklużjoni interkulturali fejn jidħlu persuni barranin li jgħixu u jaħdmu fil-gżejjer Maltin.

Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis waqt laqgħa informali fuq il-politika ta’ integrazzjoni li saret mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Irrimarka li l-inklużjoni saret b’mod gradwali minħabba l-miżuri li ħa pajjiżna biex jipproteġi l-impjiegi fi żmien il-pandemija.

Il-Ministru Zammit Lewis tkellem dwar iż-żieda fil-popolazzjoni fil-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar tmien snin, u kif din kibret bi 22%.

Spjega kif wieħed minn kull ħames persuni f’Malta huwa barrani, u dan ifisser li s-servizzi offruti jridu jkunu xprunati biex ikomplu jwieżnu lis-soċjetà Malitja, inkluż it-22% tal-popolazzjoni.

Huwa ppropona tliet binarji li fuqhom għandhom jimxu l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Dawn jinkludu li persuni barranin u immigranti jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi, li l-miżuri ta’ għajnuna marbuta mal-Covid-19 ikunu aċċessibbli għal kulħadd, u li jkun hemm flessibbiltà fis-servizzi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com