Malta Tgħaddi Mit-Test Tal-MoneyVal
Malta għaddiet mit-test tal-MoneyVal.
Il-Kumitat tal-esperti tal-Kunsill Ewropew kontra l-ħasil tal-flus, magħruf bħala MoneyVal, illum ivvota favur ir-rapport ta’ Malta.
Dan ir-riżultat pożittiv ġie wara xhur ta’ inċertezza.
Sa issa r-rapport għadu wieħed sigriet iżda jkun pubblikat fix-xhur li ġejjin.
It-Times of Malta li żvelat din l-aħbar qalet li d-dokument finali ijdher favur Malta. Sentejn ilu Malti falliet minn dan it-test u fl-aħħar xhur kienet qed tirriskja li tispiċċa fuq il-‘grey list’.