Malta Tirbaħ Il-Bid Biex Torganizza l-Kampjonati U19 Tal-UEFA Fl-2023

 Malta Tirbaħ Il-Bid Biex Torganizza l-Kampjonati U19 Tal-UEFA Fl-2023

Waqt il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA t-Tnejn filgħodu tħabbar li ntlaqgħet il-bid jew l-applikazzjoni min-naħa tal-Malta Football Association biex tospita l-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt id-19-il sena sentejn oħra.

Is-sena hija l-2023 u sa dakinhar pajjiżna anke bl-għajnuna tal-gvern irid ikun attrezzat bl-aqwa mod f’sinjal ieħor ta’ ħidma koonġunta bejn l-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol anke fejn jidħol turizmu sportiv, b’din l-applikazzjoni aċċettata tfisser injezzjoni b’saħħitha għal pajjiżna f’dan ir-rigward, apparti li l-Futbol Malti jiġi elevat u jingħata r-rikonoxximent anke fejn tidħol loġistika ta’ avvenimenti kbar bħal dawn.

Il-bini ta’ stadium ieħor biswit it-training grounds f’Ta’ Qali se jkun ħolqa mportanti f’kullana t’attivitajiet u preparamenti fiż-żmien li ġej, biex eventwalment din il-manifestazzjoni nternazzjonali ta’ futbol f’Malta tkun suċċess u verament ta’ livell għoli ħafna, bħal ma’ kien il-każ ta’ Kampjonat maġġuri tal-UEFA u simili għal dan, iżda ta’ taħt is-17-il sena, organnizzat b’mod perfett minn pajjiżna lura fis-sena 2014.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com