Maqtula Żewġ Ġurnalisti Spanjoli Fil-Burkina Faso

Żewġ ġurnalisti Spanjoli li nħatfu fil-Lvant ta’ Burkina Faso spiċċaw maqtula.
Dan intqal mill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez.
BBC irrappurtat li sorsi lokali qalu li persuna mill-Irlanda wkoll ġiet maqtula, iżda fuq dal-każ ma hemm l-ebda konferma.
L-Ewropej kienu parti minn grupp kontra l-kaċċa illegali, u nħatfu viċin ir-Riserva Pama. Flimkien magħhom inħataf suldat lokali.
L-ebda grupp għadu ma refa r-responsabiltà tal-attakk.
Ritratt: Getty Images