Mara Msawta B’Tiġieġa Ffriżata U Mismuta Bl-Ilma Jagħli

Indjana fl-Awstralja ħarġet storja xokkanti grazzi għall-qorti; Victoria Supreme Court fejn koppja Awstraljana stess żammitha skjava għal 8 snin sħaħ.
Iżjed minn hekk, suppost kienet meqjusa bħala impjegata meta kienu jħallsuha biss 3.39 dollaru Awstraljan.
Xogħlha kien ta’ domanda kbira fejn apparti d-dar kbira li kellha tieħu ħsieb, kienet tieħu ħsieb ukoll it-tfal, u tisjir bla ħin.
Jidher li l-Indjana hija mara lliterata u minn ċkunitha dejjem ħadmet fl-għelieqi. B’hekk pruvat tagħmel pass biex ikollha stil ta’ ħajja ftit aħjar u anke tgħin lil familtha fl-Indja.
Xokkanti li ħareġ hu, li l-mara kienet tissawwat b’tiġieġa ffriżata u mismuta bl-ilma jagħli.