Mara Ta’ 90 Sena Tweġġa’ F’Inċident tat-Traffiku Fil-Belt Valletta
Mara ta’ 90 sena residenti l-Belt Valletta, għal xi t-1500, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-ambulanza, misjuqa minn raġel Irlandiż ta’ 45 sena residenti l-Munxar, Għawdex, u trakk Man, misjuq mir-raġel ta’ 41 sena residenti Birkirkara.
B’konsegwenza tal-impatt, il-pazjenta ta’ 90 sena li kienet fl-ambulanza sofriet xi ġrieħi.
Il-mara ingħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.