“Mexxi Bl-Eżempju” – Appell Lil Deputat Nazzjonalista Dwar L-Ambjent

 “Mexxi Bl-Eżempju” – Appell Lil Deputat Nazzjonalista Dwar L-Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem smajna b’diversi kandidati prospettivi għall-elezzjoni ġenerali li bdew b’xi mod jew ieħor il-kampanja tagħhom.

Wieħed mill-iktar mezzi tradizzjonali huwa t-tqassim ta’ flyers li fih ikun hemm x’inhuma x-xewqat tal-istess kandidati.

Sfortunatament, uħud minn dawn il-flyers jispiċċaw sors ta’ iktar ħmieġ jiġri fit-toroq.

Dan għaliex mhux kulħadd se jaċċetta l-flyers, u filwaqt li jkun hemm min se jiddisponi minnhom b’mod għaqli u jpoġġih fil-borża tar-riċiklaġġ, ħaddieħor ipoġġih fejn mhux suppost.

Hekk ġara bil-flyers tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.

Persuna minn Ħal Qormi tellgħet filmat fejn uriet li l-flyers tiegħu ma ġewx impustati kif suppost iżda sempliċiment mitfugħin fil-parapetti.

Dan b’konsegwenza li ftit riħ seta’ jkaxkarhom għal ġot-triq u jispiċċaw iħamġu l-ambjent.

Ir-residenta qalet biex qabel ma jagħmel propoganda għalih, l-ewwel dmir ta’ Callus huwa li jmexxi b’eżempju u jeduka lis-segwaċi tiegħu sabiex ma jkunux huma stess li joħolqu iktar ħmieġ.

Dal-każ jista’ jservi ta’ tagħlima biex min ikun se jagħmel il-flyers, jaħsibha darbtejn, hekk kif faċilment jinħoloq aktar skart bla bżonn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com