Mfakkar Il-Jum Ewropew Għas-Solidarjetà Bejn Il-Ġenerazzjonijiet

 Mfakkar Il-Jum Ewropew Għas-Solidarjetà Bejn Il-Ġenerazzjonijiet
Illum, il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjani, iċċelebra l-Jum Ewropew għas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet. Huwa saħaq li biex jintlaħaq dan l-għan hemm il-bżonn li tingħata prijorità għal kollaborazzjoni sħiħa.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Farrugia wera li kellna bżonn nippromwovu aktar il-koperazzjoni interġenerazzjonali, l-istess kif sar f’inizjattivi f’oqsma oħra li ttieħdu b’suċċess fl-aħħar snin.

Tenna li tkellimna u wettaqna għadd ta’ ideat ta’ kif se nkunu qegħdin inħarsu ’l quddiem fit-titjib għas-settur tal-anzjani u l-qraba tagħhom.

“Neħtieġu aktar impenn b’miri ċari fejn jidħlu relazzjonijiet interġenerazzjonali. Diġa` tkellimna wkoll dwar id-drittijiet umani tal-anzjani u l-ugwaljanza fis-servizzi li jingħatawlhom, irrispettivament mill-età tal-anzjan,” tenna l-Ministru Michael Farrugia.

Huwa fakkar li matul it-tmien snin li għaddew il-Gvern wassal biex jitwettqu dawn il-prijoritajiet:

• Parteċipazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol permezz ta’ numru ta’ inizjattivi biex wieħed jibqa’ fl-impjieg sal-età tal-irtirar u għal oħrajn biex jibqgħu fl-impjieg
• Parteċipazzjoni fis-soċjetà billi ssaħħet l-inklużjoni soċjali ta’ anzjani u żdiedu l-pensjonijiet
• Għajxien indipendenti billi ssaħħew is-servizzi fil-komunità u l-proviżjoni aħjar ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa.

Il-Ministru Michael Farrugia elenka l-pass ‘il quddiem biex jinkiseb il-messaġġ ta’ din is-sena ta’ ugwaljanza bejn ġenerazzjonijiet. Is-sitt miri ewlenin għall-futur qrib huma bbażati fuq approċċ strateġiku integrat:

• Anzjanità b’saħħitha permezz ta’ servizzi aħjar, l-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda fil-komunità, riforma fi djar residenzjali, titjib fis-servizzi tar-Residenza San Vinċenz de Paul u prijorita’ lejn il-ħarsien ta’ persuni bid-dimensja.
• Tkabbir personali, parteċipazzjoni u attitudni pożittiva permezz ta’ tagħlim fit-tul u taħriġ għall-istaff li jieħu ħsieb lill-anzjani.
• Anzjanità fil-komunità permezz ta’ approċċ multi-ħolistiku għal għajxien aħjar fil-komunità.
• Tisħiħ tar-rwol ta’ familji u carers fl-attenzjoni lejn l-anzjani u twettiq ta’ programmi interġenerazzjonali.
• Inklużjoni diġitali u anzjanità permezz ta’ użu tat-teknoloġija, software ġdid fi djar residenzjali u riforma fit-Telecare.
• Tkun indirizzata s-solitudni permezz ta’ outrech project u bi ftehim ma’ għaqdiet mhux governattivi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com