Mill-Ġimgħa, Jekk Għandek 40 Sena Jew Aktar Tista’ Tirreġistra Għall-Vaċċin
Mill-Ġimgħa persuni li għandhom 40 sena jew aktar ser ikunu jistgħu jirreġistraw għall-vaċċin kontra l-Covid-19.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.
Hu qal li sal-aħħar tal-ġimgħa ser ikunu ngħataw 300,000 mill-ewwel doża.
Bis-sistema ‘l ġdid b’hekk dawk li għandhom aktar minn 40 sena, mill-ġimgħa jistgħu jirreġistraw fuq www.vaccin.gov.mt.
Chris Fearne ħabba li aktar minn terz ta’ dawk bejn 50 u 59 sena diġa ngħataw l-ewwel doża tal-vaċċin.
Il-vaċċin Johnson and Johnson issa ser jibda jingħata wkoll wara l-approvazzjoni tal-EMA.