Misjuba L-Iktar Mappa Tridimensjonali Antika
Riċerkaturi qed jgħidu li ġebla misjuba riċenti ta’ Żmien il-Bronż aktarx hija l-iktar mappa tridimensjonali antika ta’ żona magħrufa fl-Ewropa.
L-arkeoloġisti li studjaw dak li hemm imnaqqax fuq il-ġebla li għandha mal-4,000 sena jemnu li l-marki huma mappa ta’ żona fil-Lvant ta’ Brittany.
L-oriġini tal-ġebla, magħrufa bħala Saint-Bélec Slab, imur lura għas-snin bejn l-1900 Qabel Kristu u l-1650 Qabel Kristu.
Hija kienet instabet fl-1900, waqt li kien qed isir skavar fuq post preistoriku tad-dfin f’Finistère mill-arkeoloġist Paul du Chatellier.
Din intesiet hekk kif kienet maħżuna taħt foss ħdejn id-dar tal-istess du Chatelier.
Iżda l-ġebla reġgħet instabet fl-2014 f’kantina ta’ kastell fi Franza.
Ritratt: Denis Gliksman