Mormija Kamra Sħiħa Tal-Banju B’Mod Illegali

Kamra sħiħa tal-banju u ħafna terrapien ġew mormija fi Triq tal-Merħliet fir-Rabat Malta.
Il-Kunsill Lokali tar-Rabat qal dan fuq il-midja soċjali, fejn żied jgħid li dan tneħħa b’kollaborazzjoni ma’ Clean Malta.
Irrimarka wkoll li qed isir investiment f’diversi cameras, għax dawn l-illegalitajiet qed jirriżultaw f’ħela ta’ flus u enerġija.
Dan filwaqt li sar appell sabiex il-pubbliku jirrapporta meta jara affarijiet bħal dawn.
Ritratt: Kunsill Lokali Rabat Malta