Paga Ta’ Bejn €3,000 U €6,000 Biex Tilgħab Fil-Kampjonat Lokali

 Paga Ta’ Bejn €3,000 U €6,000 Biex Tilgħab Fil-Kampjonat Lokali

Ftit tas-sigħat ilu, paġna partikolari fuq il-midja soċjali Facebook irriklamat li jeżisti aġent tal-football li qed ifittex players għal team Malti li jilgħab fl-ogħla diviżjoni ta’ pajjiżna.

Ir-riklam jgħid li l-aġent, li jagħmel użu mill-pjattaforma BE-PRO, jinsab interessat fi players li għandhom bejn 23 u 30 sena, filwaqt li hemm lista ta’ sitt pożizzjonijiet differenti li l-istess team irid isaħħaħ.

L-iktar ħaġa li togħkor l-għajn hija s-salarju li qed ikun offrut. Ir-riklam jgħid li dan ivarja bejn €3,000 u €6,000 fix-xahar, kif ikkonfermat fuq is-sit tal-istess pjattaforma.

Wieħed jistaqsi jekk din il-paga hux verament qed tkun offruta, speċjalment f’dawn iż-żminijiet bla preċedent li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, fejn diversi negozji kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom filwaqt li l-kampjonati lokali ġew saħansitra sospiżi.

Barra minn hekk, din il-paga hija denja għal-livell tal-football Malti, meta l-prestazzjoni tal-maġġoranza tal-players mhix konsistenti u żgur ma tixraqx paga daqshekk kbira?

Ritratt: Malta Football Association / Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com