Party Illegali; Jitkellmu Wħud Minn Dawk Preżenti

 Party Illegali; Jitkellmu Wħud Minn Dawk Preżenti

Fuq il-midja soċjali matul il-ġurnata xxerrdu filmati ta’ persuni jiddevertu f’party privat għal għeluq snin tfajla. .Fil-filmat tinstema mużika qawwija u jidher ukoll l-alkoħol apparti ammont konsiderevoli ta’ persuni jiżfnu mingħajr ebda miżuri tal-Covid-19. Dan il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jinvestigaw dan il-party. Fil-party saħansitra kien hemm il-murtali.

Zak Grech Fenech li hu wieħed mill-fundaturi ta’ Clubhouse Malta, żvela li hu attenda l-party u skuża ruħu.

Min-naħa tiegħu, Joao Coronel, li hu membru ta’ Clubhouse Malta, ukoll ammetta li attenda l-arty wara li deher f’xi filmati li ħarġu online u għamel apoloġija talli attenda l-party.

L-attivitajiet tal-massa ilhom ipprojbiti f’Malta għal żmien twil minħabba l-imxija tal-Covid-19. Sal-Ħadd li ġej, Malta għandha miżuri restrittivi stretti bl-iskejjel magħluqin u numru limitat sa żewġ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra. It-Tnejn se jiftħu l-iskejjel u jibdew jittaffew il-miżuri ftit ftit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com