Persuna Ta’ 58 Sena Qed Issofri Minn Trombożi – L-Awtoritajiet Tas-Saħħa Mitluba Jinvestigaw
L-Awtoritajiet tas-Saħħa kienu infurmati b’każ ta’ persuna ta’ 58 sena li qed issofri minn trombożi.
Din il-persuna li tinsab f’kundizzjoni stabbli, kienet ilha ħmistax-il jum li ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u għalhekk il-każ kien irrapportat lill-Awtorità tal-Mediċini ta’ Malta bil-għan li tinvestiga jekk kienx hemm xi rabta.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa jfakkru li l-Awtorità tal-Mediċini Ewropea qed tibqa’ tagħti l-parir li r-riskji tal-vaċċin huma rari u ferm iżgħar mir-riskji marbuta mal-Covid-19. Il-pariri tal-esperti jibqgħu dawk li l-vaċċin huwa l-uniku mod effettiv li bih nistgħu niġġieldu l-imxija tal-Covid-19.
Ritratt: ResearchGate – Ir-ritratt m’għandu x’jaqsam xejn mal-persuna msemmija. Intuża biss biex jispjega.