Pfizer Tgħid Li Aktarx Ikun Hemm Bżonn It-Tielet Doża

Il-kap tal-kumpanija Pfizer ħabbar li aktarx dawk li jieħdu t-tilqima tagħhom ser ikollhom bżonn jieħdu t-tielet doża. S’issa qed jingħataw żewġ dożi.
Intqal li jekk ikun hemm bżonn it-tielet doża, din trid tingħata fi żmien sitt xhur sa sena.
Huwa kien kwotat jgħid ukoll li wara t-tielet doża jaf ikun hemm ukoll il-bżonn li l-vaċċin jibqa’ jingħata kull sena.
Il-Pfizer huwa effettiv 91% biex jipproteġu lill-persuna mill-virus u 95% effettiv kontra każijiet severi sa sitt xhur mit-tieni doża.