Pfizer Tiddikjara Lil Charmaine Demanuele Nayak Bħala ‘Stilla Tax-Xjenza’

 Pfizer Tiddikjara Lil Charmaine Demanuele Nayak Bħala ‘Stilla Tax-Xjenza’

Ix-xjentista Maltija Dr Charmaine Demanuele Nayak ġiet iddikjarata bħala ‘Pfizer Science Star’ għax-xogħol li tagħmel f’din l-istess kumpanija tal-bijoteknoloġija.

Charmaine bdiet l-istudji terzjarji tagħha fl-Università ta’ Malta fejn kisbet Baċċelerat fl-Inġinerija u illum għandha Ph.D u saħansitra kompliet tistudja fl-Università prestiġjuża ta’ Harvard. Intant, hija taħdem bħala direttur fil-qasam tal-bijostatistika ma’ Pfizer.

Hija qalet li x-xogħol tagħha jippermetti li jikber l-għarfien dwar mard debilitanti, biex b’hekk jiżdied l-għarfien tas-sintomi tal-mard u jiġi studjat l-impatt tat-trattamenti fuq il-pazjenti, bil-għan li tkun tista’ tingħata l-aqwa kura possibbli lill-pazjent.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com