“Proġett Li Tlesta Fil-Ħin, Bil-Budget Ippjanat U B’Viżjoni” – Il-Prim Ministru
Il-Prim Ministru Robert Abela llum kellu intervista fuq l-istazzjon ONE minn Pablo Micallef fejn beda billi qal li kull proġett li jkollu l-Gvern jitlesta fil-ħin, bil-budget imfassal minn qabel u b’viżjoni.
Dan b’referenza għall-proġett tal-Marsa fejn spjega d-differenza bejn dan il-Gvern u l-Gvern Nazzjonalista; il-fjask tal-bendy buses u dak kollu li kien magħruf magħhom.
Semma li dan il-proġett jgħaqqad miegħu l-proġett tar-roundabout f’Santa Luċija, il-Kappara Junction, ic-Central Link u oħrajn. “Dan hu parti minn diversi proġetti oħra li bih qed inħarsu lejn it-trasport tagħna.”
Fl-1 ta’ Ġunju ser ikun hemm ukoll is-servizz ta’ Fast ferry bejn Malta u Għawdex. Semma kif dan il-proġett tal-flyovers tal-Marsa juri l-perseveranza tal-Gvern. Dan kien proġett li fih inkorpora l-arti, l-ambjent, ic-‘cylcing paths’, il-pontijiet għall-pubbliku u saħansitra anke r-ristrutturara tas-sistema tad-dawl.
“Dan huwa punt importanti fejn f’każ li jkun hemm ħsara, mhux ikun hemm bżonn jinqalgħu t-toroq”, spjega l-Prim Ministru Abela.
Fakkar ukoll li hawn diversi ‘pockets’ fis-soċjetà li għandhom it-trasport pubbliku b’xejn u anke semma’ l-proġett ta’ Ta’ Qali fejn minn fabrika tal-konkrit, abbandunata, se ssir park nazzjonali. Sellem lill-Ministru Ian Borg għall-ħidma li qed iwettaq fejn flimkien qed ibiddlu wiċċ pajjiżna u anke ‘l fejn irridu mmorru. Hekk qal Abela fejn spjega kif permezz ta’ proġetti u inizjattivi simili, jitkompla jinħoloq il-ġidu qal li b’umiltà, inpoġġu u nisimgħu fejn nistgħu ntjebu.
Is-Sindku tal-Marsa Josef Azopardi, f’intervent, aċċenna kemm dan il-proġett tejjeb il-kwalità tan-nies li jagħmlu użu mill-akkwata speċjalment il-Marsin. Semma wkoll xogħol ieħor bħal eżempju l-pont bejn il-Marsa u l-Ħamrun li għenu li l-flow tat-traffiku jibqa’ għaddej u li finalment, jgħinu fl-arja aktar nadifa. fakkar ukoll li kien il-Gvern Laburista li neħħa l-power station mill-Marsa u li fi ftit ieħor, anke l-inċineratur u anke bastimenti li kienu mitluqa fil-menqa tal-Marsa. “Bil-mod il-mod, qed nieħdu nifs ġdid.” Dan apparti ż-żieda fis-sigurtà fil-Marsa, tisbieħ u titjib ieħor fosthom anke proġetti li kienu ilhom fuq l-ixkaffa għal aktar minn 20 sena.
Is-‘ship to shore’ huwa wkoll investiment ieħor fejn bastimenti li jorbtu fil-port tagħna bħalissa, jħallu l-magni u l-generators għaddejjin il-ħin kollu. Dan hu inkonvenjent kemm ta’ storbju u anke ambjentali. Dan se jitbiddel u se jgħin fit-tijib f’kull sfera, fil-kwalità tal-ħajja. Hawnhekk semma l-electrification tat-trasport marittimu f’pajjiżna.