Pulizija Attakkati Bir-Ramel Waqt Spezzjoni F’Bajja Lokali

Żewġ Pulizija Maltin spiċċaw l-isptar wara li ġew attakkati bir-ramel minn raġel li talbuh iżomm id-distanza soċjali.
Dan waqt li kienu qed jaqdu dmirhom waqt spezzjoni f’bajja lokali.
Jidher li r-raġel ma kienx qed jimxi mar-regoli attwali ta’ waqt il-pandemija u malli ntalab biex ikun responsabbli, hu attakka fiżikament u verbalment lill-uffiċjali u anke waddbilhom ir-ramel għal wiċċhom.
Ir-raġel ġie arrestat u se jittieħdu passi kontrieh.
Ritratt: The Malta Police Force