Qabbdu Bugħaddasa Privati Biex Ifittxu Lil Marcel Pisani
Marcel Pisani ilu nieqes mill-aħħar tas-sena 2020 wara li ħareġ minn daru fi Triq ix-Xitwa fil-Mosta. Sa issa, it-tfittxija għalih irriżultat fin-negattiv.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha. Madanakollu, il-familja tiegħu qabbdu bugħaddasa privati biex ifittxuh ħdejn l-irdumijiet tal-Imtaħleb biex forsi jkun hemm xaqq ta’ tama li jinstab.
Il-ġurnal Times of Malta rraporta kif missier ir-raġel qal li raw lil Marcel l-aħħar darba fis-26 ta’ Diċembru li għadda. Qalu wkoll li qabbdu żewġ bugħaddasa jfittxuh fil-baħar fejn niżlu fond ta’ aktar minn 65 metru imma sa issa, kien kollu għalxejn.