Qal Li Oliver Scicluna “Qed Juża D-Diżabbilità Li Jaħseb Jew Iħoss Li Għandu”
Wara li lbieraħ ittellgħet stqarrija li ħarġet mill-PL fejn il-Ministru Byron Camilleri u l-Membru Parlamentari Oliver Scicluna saħqu kif skont Bernard Grech, il-Kannabis hija l-aħħar tattika ta’ aljenazzjoni tal-Partit Laburista, bosta kienu l-kummenti li nkitbu.
Li wieħed jikkumenta huwa dritt. Imma kemm naħsbu xi ngħidu u x’niktbu qabel? Naħsbu jekk aħnhiex inweġġgħu lill-persuni bi kliemna?
Colin Camilleri pubblikament kiteb li Scicluna qed juża d-diżabbilità li jaħseb jew iħoss li għandu biex jinfluwenza nies bħalu jew f’sitwazzjoni oħra.
Taħsbu li dan kien l-iskop?