Qas Temmen Kemm Għadek Issib Min Hu Maħmuġ.
“Minn kollox nagħmlu bħala kunsill biex inżommu l-Marsa nadifa, imma ma nifilħux aktar inħallsu biex min hu maħmuġ ikompli jħammeġ.” Hekk esprima s-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi wara li għal darb’oħra, ittellgħu ritratti xejn pjaċevoli ta’ xi akkwati fil-lokali, fuq il-midja soċjali.
Azzopardi sħaqa li l-kunsill se jkompli jagħfas u mhux se jaqta’ qalbu. Spjega kif kien hemm saħansitra żoni fejn kien hemm min jabbuża, mentri llum qedgħin ħafna aħjar.
Qal ukoll li fil-maġġoranza tal-każi, l-individwi li jħammġu ma jkunux Marsin.
Għarukaża!