Rabja Hekk Kif Inbidel Il-Kappillan F’San Pawl Il-Baħar

 Rabja Hekk Kif Inbidel Il-Kappillan F’San Pawl Il-Baħar

Fil-ġurnal l-Orizzont, illum dehret storja dwar it-tibdil tal-Kappillan f’San Pawl il-Baħar ħabta u sabta. Fr. Josef Pace li kien maħbub ferm mill-parruċċani spiċċa u minfloku nħatar P. Christian Anthony Borg OFM Conv.

Borg inħatar ad interim sakemm il-Provinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tippreżenta Kappillan ġdid biex tmexxi l-parroċċa.

Għalkemm din hija materja tal-Knisja u l-Ordni nfisha, jidher li ħalliet effett fuq il-parruċċani li faħħru l-ħidma kbira li wettaq Fr. Josef Pace li fi kliemhom: “Ġibed ammont ta’ żgħażagħ lejn il-parroċċa.”

L-ammont ta’ kummenti li nkitbulu fuq facebook, huma xhieda ta’ dan.


Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com