Raġel Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Argument Fil-Marsa
Raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument li seħħ fi Triq it-Tiġrija l-Marsa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-distrett fuq il-post irriżulta li r-raġel safa aggredit b’sikkina minn raġel ta’ 32 sena li jgħix San Pawl il-Baħar. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa , Dr Joseph Mifsud ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh. Waqt li bdiet it-tfittxija għall-allegat aggressur, l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.