Raġel Imut Wara Li Waqa’ Sitt Sulari F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Wied Il-Għajn
Raġel minn San Pawl il-Baħar tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sitt sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Qrempuċ.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei madankollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret bosta esperti biex jassistuha.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.
Din hija t-tieini fatalita f’Wied il-Għajna fl-aħħar ġimgħat wara li fid-9 ta’ Frar ħaddiem mill-Mali miet f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq is-Silla.