Raġel Jinstab Ħati Li Kkaġuna L-Mewt Ta’ Ġuvni Ta’ 29 Sena
Terence Dennis McKenna instab ħati fil-qorti li kkaġuna l-mewt ta’ persuna oħra nhar wara inċident tat-traffiku li seħħ nhar it-22 ta’ April tal-2018. Huwa weħel 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fil-Mellieħa, fejn il-qorti sabet li McKenna kien qed isuq b’mod negliġenti u b’hekk ikkawża ħsara fil-vettura tal-vittma filwaqt li ħalla lil vittma bla ħajja. Il-vittma f’dan il-każ kien Carmelo Tornabene, ġuvni ta’ 29 sena li kien jgħix San Pawl il-baħar flimkien ma’ martu. Il-persuna li jidher fir-ritratt t’hawn fuq huma l-vittma Carmelo Tornabene.
Meta seħħ l-inċident fatali, iż-żewġ karozzi kienu qed jinstaqu f’direzzjoni opposta, u mal-impatt il-vittma nqabad fil-karozza. Huwa ntilef minn sensih minħabba grieħi serji u tilef ħajtu sitt ijiem wara l-inċident.
Il-Maġistrat Rachel Montebello qalet li għalkemm McKenna kien traskurat fis-sewqan tiegħu, l-inċident kien ukoll wieħed sfortunat.