“Rajt Duħħan Kbir Ħiereġ Minn Wara, U Ftit Wara Rajt In-Nar” Passiġġiera Li Kien Fuq Tal-Linja
“Rajt duħħan kbir ħiereġ minn wara, u ftit wara rajt in-nar” hekk iddeskriviet ix-xena ta’ dalgħodu waħda mill-passiġġiera li kienet fuq tal-linja fil-ħin li ħadet in-nar.
Hi sostniet li fortunatament ma sofrew l-ebda ġrieħi u ma kienux f’periklu.
L-Inċident għall-ħabta tas-6:30a.m fi triq Burmarrad li mill-Mosta tieħdok Burmarrad.
Fil-ħin tal-inċident il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq iżda fortunatament is-sewwieq u l-passiġġiera laħqu ħarġu mill-karozza.
Stqarrija tal-Malta Public Transport qalet li din ix-xarabank kienet dik tar-rotta 31.
Fuq il-post waslu membri tal-protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.
Malta Public Transport qalet li nbdiet investigazzjoni interna sabiex jinstab minn fejn beda n-nar.