Rapport Dwar Il-Ministru Carmelo Abela Llijkjat Qabel Diskuss
Fi stqarrija mill-Partit Laburista ntqal li l-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Whip Tal-grupp Parlamentari Laburista, Glenn Bedingfield; li t-tnejn huma membri fil-Kumitat Permanenti għall-istandards fil-ħajja pubblika, kitbu formalment lill-Onor. Anġlu Farrugia biex tinfetaħ investigazzjoni dwar ‘leakeges’ li qed iseħħu b’mod repetittiv.
Dan wara li rapport kunfidenzjali tal-Kummissarju għall-Istandards fil-ħajja pubblika dwar il-Ministru Carmelo Abela kien illijkjat qabel diskuss fl-istess kumitat.
Fl-istqarrija ntqal li ġurnalist għandu dritt li jfittex l-informazzjoni. Madanakollu, in-nuqqas ikun ta’ min ikollu fil-pussess rapporti bħal dawn u jiġi jaqa’ u jqum mill-proċeduri tal-kumitat imsemmi.
Intqal ukoll li rapporti bħal dawn, jingħataw biss lill-membri ta’ dan il-kumitat. “Dan il-każ huwa turija ċara kif din il-leak hija attakk fuq il-proċess Parlamentari”, qal il-Partit Laburista fejn saħaq li d-deputati msemmija qed jitolbu investigazzjoni biex jiżguraw li l-affarijiet qed isiru b’mod serju minn kull min hu nvolut.